Liverpool laħqu ftehim biex jiffirmaw lil Cody Gakpo mingħand PSV Eindhoven, kif ħabbar il-klabb Olandiż stess.
L-interess f’Gakpo żdied fit-Tazza tad-Dinja wara wirjiet mill-aqwa mill-midfielder ta’ 23 sena, bi tliet gowls f’ħames dehriet qabel ma l-Olanda sfaw eliminati mir-rebbieħa eventwali l-Arġentina.
Man Utd kienu wrew interess f’Gakpo fis-sajf qabel ma’ laħqu ftehim għal Antony mingħand Ajax.
Huwa rraportat li s-somma għal dan it-trasferiment se tkun bejn £35m u £45m.
//= $special ?>