Net Television ħaseb f’dawk l-inqas ixxurtjati hekk kif ta donazzjonijiet u ammont kbir ta’ rigali għall-ommijiet residenti flimkien mat-tfal tagħhom fid-djar ta’ Fondazzjoni Sebħ… persuni li jkunu għaddew minn żmien diffiċli kawża ta’ vjolenza domestika.
NET TV flimkien mat-tim tal-programm Ġimgħa b’Ġimgħa bi produzzjoni ta’ Lorraine Sultana, f’Jum Dinji tat-Tfal kienu nedew il-kampanja tal-Milied Mit-Tfal għat-Tfal. L-għan ta’ din il-kampanja kienet li tgħin erba’ djar residenzjali li jieħdu ħsieb tfal minuri, Xelter li jilqa’ nisa u tfal li jkunu għaddew minn xi tip ta’ vjolenza kif ukoll persuni u familji fil-Komunita’ tal-Marsa u Ħamrun li jfittxu l-għajnuna tal-Fondazzjoni. Fid-djar jinsabu persuni li qed jipprovaw jerġgħu jibnu ħajjithom b’mod dinjituż.
Net News tkellem maċ-Chief Operating Officer ta’ Media.Link Communications, Karl Gouder fejn spjegalna iktar l-għan wara din l-inizzjattiva.
Fid-djar jinsabu persuni li sofrew minn vjolenza domestika u qed jipprovaw jerġgħu jibnu ħajjithom ‘il bogħod mill-aggressuri tagħhom.
Is-Central Office Senior Manager fi ħdan il-Fondazzjoni, Elmer Stanmore qalet magħna x-xogħol li din il-Fondazzjoni tagħmel.
Xogħol ma jaqta’ xejn mill-Fondazzjoni hekk kif is-soċjetà kontinwament qed tinbidel u dejjem titlob li wieħed ikollu l-iktar affarijiet bażiċi fil-ħajja.