Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Fil-Milied ma bqajtx nistieden lill-politiċi, minflok bdejt nagħmel ikla għall-fqar”

“Fi żmien il-Milied kienet tendenza li nistiednu lill-politiċi, meta lħaqt Arċisqof, ma bqajtx nagħmel dan, minflok bdejt norganizza ikla għall-fqar. Kien hemm min ħadha kontrija, iżda d-deċizzjoni li ħadt kienet u għadha waħda tajba”

It-tfulija f’Ħal Qormi, il-ħajja reliġjuża, il-ħidma fl-Albanija. Dawn u aktar se jkunu l-qofol ta’ PROFILI li jmiss hekk kif il-mistieden huwa Arċisqof Emeritus ra’ Tirana u Durres, il-Mons. George Frendo.

PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul illejla fit-8.30pm fuq Net TV.

Tags