Lokali

‘The Addams Family’ f’pantomima Maltija

Gomez, Morticia, Pugsley u anke Wednesday.

Tul dawn iż-żminijiet ta’ festi, erba’ karattri tant popolari spiċċaw f’teatru Malti għall-pantomima  ‘Adams Femili’… iżda mhux biss. Din hija pantomima illi fiha hemm ħafna aktar karattri differenti.

Il-pantomima bi produzzjoni tal-kumpanija Teatru Rjal li qed issir fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku, fil-Furjana minn dejjem kien imfittex mill-Maltin u dis-sena iktar u iktar wara nuqqas ta’ sentejn.

Net News kellu l-opportunità li jitkellem mal-moħħ wara din il-pantomima, Rodney Gauci li spjegalna iktar dwar din il-produzzjoni.

Net News seta’ jara l-aħħar preparamenti għal din il-pantomima li qed tittella’ kemm ‘il darba għal dawn iż-żminijiet ta’ festi. U żgur mhux forsi s-sodisfazzjon ta’ dawk kollha nvoluti meta jaraw l-udjenza tapprezza xogħolhom.

Ma jistax jonqos li dan l-ispettaklu mużikali jirrikjedi ħafna xogħol ta’ xhur sħaħ… kif jispjegalna l-fundatur tal-kumpanija Teatru Rjal, Pawlu Testa.