Internazzjonali

Żagħżugħ jinqatel b’daqqiet ta’ sikkina f’nightclub f’Birmingham

Żagħżugħ ta’ 23 sena tilef ħajtu wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt li kien f’nightclub ilbieraħ ftit qabel nofsillejl f’Birmingham.

Fil-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament, iż-żagħżugħ miet daqs nofs siegħa wara li seħħ l-attakk.

Iż-żagħżugħ kien jinsab fil-club ma’ sħabu meta grupp ta’ persuni avviċinawh u attakkawh.

Dawk responsabbli għadhom qed ikunu mfittxija mill-Pulizija tal-lokal. Mhux magħruf x’kien il-mottiv wara dan l-attakk.