Raġel ta’ 30 sena minn Transmere u żagħżugħa ta’ 19-il sena minn Rock Ferry ġew arrestati fuq suspett ta’ involviment fl-attakk fatali li seħħ f’pub f’Merseyside.
F’dan l-attakk, żagħżugħa ta’ 26 sena tilfet ħajjitha kawża ta’ feriti li sofriet minn tir ta’ arma tan-nar f’rasha.
L-attakk seħħ lejlet il-Milied, propju ftit minuti qabel it-tokki ta’ nofsillejl.
L-aggressuri ħarbu mill-post ftit wara l-attakk, bil-vittma mhux qed tkun meqjusa bħala l-mira għal dan l-attakk iżda inzertat li kienet hemm fil-ħin tal-attakk.
//= $special ?>