“Kien hemm min ma wassalx id-dokumenti mitluba kif kien ordnat mill-Qorti.”
Dan hu dak li qal il-President tal-għaqda Repubblika Robert Aquilina waqt il-programm ‘Magħkom’ fejn kien intervistat mill-preżentatriċi Lea Hogg. B’Aquilina jgħid illi l-MFSA ħbiet f’safe dokumenti essenzjali u m’għaddithomx lill-Maġsitat Inkwirenti, kif ordnat lilha minnu.
Dawn id-doumenti kienu jirrigwardjaw il-kapitalizzazzjoni u l-likwidità tal-bank Pilatus.
“Fl-inkjesta maġisterjali tal-bank Pilatus, hemm provi, li juru li minn tal-anqas żewġ persuni, fl-MFSA, li ħbew evidenza mill-awtoritajiet. Dawn ħbew din l-evidenza f’safe, din l-evidenza ħarġet l-ewwel darba meta dawn iż-żewġ persuni rtiraw mill-MFSA”
Fix-xhieda mogħtija fil-magħluq nhar id-29 ta’ Lulju 2020 mill-uffiċjal tal-MFSA Anthony Sacco irriżulta li l-MFSA kienet naqset milli tagħti kopja ta’ ċerti dokumenti lill-Maġistrat Ian Farrugia, minkejja l-ordni preċedenti tiegħu.
Wara li l-Maġistrat Farrugia wera t-tħassib tiegħu għalfejn l-MFSA kienet naqset milli tesibixxi dawk id-dokumenti kif hu kien ordna, irriżulta li d-dokuementi kienu inżammew moħbija f’safe fl-uffiċċju tal-Head tal-Banking Unit tal-MFSA.
Kienu biss żewġ uffiċjali tal-MFSA li kellhom aċċess għal dak is-safe: Kevin Gabarretta u Ray Vella.
Id-dokumenti ngħataw lill-Maġistrat Inkwirenti wara li Gabarretta u Vella rriżenjaw mill-MFSA.
L-Inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia dwar l-operat tal-Bank Pilatus kienet ilha li bdiet minn Novembru tas-sena 2018, jiġifieri ‘il fuq minn 20 xahar.
Tul il-programm, Robert Aquilina qal li bħala ċittadini Maltin għandna dritt li nħarsu lejn l-istituzzjonijiet u nemmnu li jkun hemm garanzija tassew fix-xogħol li huma jagħmlu.
//= $special ?>