Manchester City irritornaw għar-rebħ fil-Premier League wara l-waqfa tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa ta’ 3-1 fuq Leeds. Man City marru fil-vantaġġ fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima meta kien Rodri li approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża u xeħet wara Meslier għal 1-0. Fil-51 minuta ic-Citizens irdoppjaw meta Jack Grealish għadda lejn l-attakkant prolifiku Erling Haaland li mill-viċin ma żbaljax għal 2-0. It-tielet gowl wasal fl-64 minuta meta għal darb’oħra Grealish żmarka lil Haaland li kkonkluda fix-xibka għall-20 gowl tiegħu dan l-istaġun. Leeds naqqsu d-distakk fit-73 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Pascal Struijk għal skor finali ta’ 3-1.
//= $special ?>Doppjetta ta’ Erling Haaland tagħti rebħa lil Manchester City fuq Leeds
