Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa kien konfermat li ħafna mill-mediċini out-of-stock li rrapporta dwarhom Net News, huma verament out-of-stock. Tant li dawn għadhom “qed jitqassmu fl-ispiżeriji f’dawn il-jiem”. Fi kliem sempliċi, l-ilmenti tan-nies kienu veritieri – u huwa biss issa li qed jitwasslu fil-POYC.
Il-Ministeru insista li din hi problema ta’ provvista ta’ diversi mediċini fuq livell internazzjonali.
Il-Gvern semma’ l-Aspart, Galvus, Latanoprost, Creon u l-Goserelin Injection, u qal li issa irċieva l-konsenji neċessarji u li dawn qed jitqassmu fl-ispiżeriji tal-POYC madwar Malta u Għawdex matul din il-ġimgħa. Fir-rigward tal-antibijotiċi, il-Gvern qal li qed jassigura l-provvista ta’ dawn il-mediċini, jew l-ekwivalenti tagħhom.
//= $special ?>