Lokali Saħħa

Il-Gvern ta’ Robert Abela mhu jipprovdi l-ebda serħan il-moħħ lil min għandu bżonn il-mediċini – PN

Minkejja l-iskużi kollha, fl-istqarrija tiegħu l-Gvern ta’ Robert Abela kkonferma li ħafna Maltin u Għawdxin għadhom qed jiffaċċjaw il-problema tan-nuqqas fil-provvista tal-mediċini.

Dan l-istess Gvern li, qabel ma ġie elett 10 snin ilu, wiegħed li l-mediċini saħansitra se jkunu qed jitwasslu sa wara l-bieb tad-djar tan-nies.

Iżda llum, 10 snin wara, il-Gvern mhux talli mhux jiftaħar li qed iwassal il-mediċini sad-djar, talli qed ikollu jġib l-iskużi kollha għaliex mhux kapaċi jwassal il-mediċini mqar sal-ispiżeriji.

Din l-istqarrija ġiet ippublikata mill-Kelliem għas-Saħħa Stephen Spiteri, mill-Kelliem għall-Ġlieda kontra d-Dijabete, għal-Libertajiet Ċivili u d-Djalogu Soċjali Claudette Buttigieg kif ukoll mill-Kelliem għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali Ian Vassallo.