Bosta residenti ta’ Birżebbuġa għadhom jilmentaw dwar ir-riħa insopportabbli ta’ ħut li qed taħkem il-qalba tar-raħal tagħhom, u li qed taffetwalhom il-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Filfatt, hafna ghadhom qed isostnu li r-riħa insopportabbli ta’ ħut qegħdha tiġi ġġenerata mill-impjant tar-riċiklaġġ tat-tonn li jinsab fl-inħawi ta’ Hal Far.
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret l-Erbgħa wara nofsinhar, Net News saqsa lill-Kap Eżekuttiv ta’ Acquaculture Resources Ltd Charlon Gouder x’iwieġeb għal dawn lilmenti kontinwi tan-nies. Iżda hu insista li l-impjant mhux jarmi irwejjaħ ta’ ħut.
Fl-istess kummenti, Charlon Gouder ikkontradixxa lilu nnifsu billi qal li r-riħa li qegħdin ixommu r-residenti mhix riħa ta’ ħut imma riħa ta’ smoked fish. Sakemm ftit wara qalilna li hu ma jistax jitkellem fuq l-irwejjaħ tal-ħut.
Charlon Gouder kien qed jindirizza lill-gurnalisti waqt tour li l-kumpanija organizzat ghall-membri tal-media. Fejn il-ġurnalisti stess ikkummentaw dwar ir-riħa qawwija ta’ ħut illi xammew.
Iżda Gouder baqa’ jgħid illi kull resident f’Birżebbuġa li jemmen li l-impjant qed jikkawża rwejjaħ ta’ ħut għandu jżur il-fabbrika u jxomm r-riħa huwa stess.
Wara l-konferenża tal-aħbarijet, Net News niżel Birżebbuga jistaqsi lin-nies dwar din is-sitwazzjoni li issa ilha għaddejja xahrejn sħaħ, bir-residenti jgħidulna li f’Birżebbuġa qatt ma xammew din ir-riħa qawwija ta’ ħut qabel, iżda bdew jinnotawha min mindu infetaħ dan l-impjant.
//= $special ?>