Lokali

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqgħu fuqu folji tal-ħġieġ

Raġel ta’ 36 residenti Ħal Qormi weġġa’ gravi wara li waqgħu fuqu folji tal-ħġieġ li kienu qed jinġarru f’garaxx il-Qrendi.

L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tal-10:30am ta’ filgħodu hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident f’garaxx li jinsab fi Sqaq il-Mitħna, il-Qrendi.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi wara li waqgħu fuqu xi folji tal-ħġieġ li kienu qed jinġarru.

Tim mediku assista lir-raġel filwaqt li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.