Ġurnata importanti għal Juventus fejn mill-bieraħ it-tmexxija hija fdata f’idejn il-President Gianluca Ferrero u l-Kap Eżekuttiv Maurizio Scanavino wara li fit-28 ta’ Novembru ħarġu fil-beraħ il-problemi gravi finanzjarji ta’ Juventus u r-riżenji tal-President Andrea Agnelli, vici President Pavel Nedved u l-Kap Eżekuttiv Maurizio Arrivabene.
Fil-bidu tal-laqgħa tal-azzjonisti li saret fl-Allianz Stadium liema Laqgħa issejjħet mill-Kumpanija EXOR immexxija minn John Elkann, kuġin ta’ Andrea Agnelli u li għandha l-akbar numru ta’ ishma fil-klabb.
Diskors mill-eks president ta’ Juventus Andrea Agnelli, fejn qal li r-riżenja tiegħu ma kinitx deċiżjoni faċli. Sostna li għamel minn kollox biex jikseb ir-riżultati, ġewwa u barra l-grawnd. Skont hu kienu riżultati straordinarji. Kienet deċiżjoni li ħa b’konvinzjoni u b’serenità sħiħa. Il-klabb huwa imsejjaħ biex jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu.
Huwa personalment konvint li mar tajjeb fl-aħħar snin u r-rimarki fil-konfront tat-tmexxija skont Agnellio mhumiex ġustifikati. Madankollu, il-klabb irid ikompli jipproteġi l-interessi tiegħu, u għaliħ kien xieraq li jieħu pass lura. Huwa temm l-indirizz tiegħu li Juventus, għalhekk, jiġu l-ewwel u ta’ kulħadd u sal-aħħar.
Fi tmiem l-istaġun 2021-22 Juventus kellhom bilanċ negattiv ta’ 239.3 miljun Ewro filwaqt li fil-Borża tal-Italja huwa kkalkulat li t-telf huwa ta’ 254 miljun Ewro, figura li għall-2020-21 kienet ġiet aġġustata għal bejn 209 sa 226 miljun Ewro.
//= $special ?>