Mikaela Shiffrin resqet aktar viċin li tikser ir-rekord tan-nisa għar-rebħiet tat-Tazza tad-Dinja bit-78 rebħa fil-karriera tagħha f’Semmering, l-Awstrija.
Fil-giant slalom, Shiffrin ta’ 27 sena għelbet lis-Slovakka Petra Vlhova sabiex issa issa tinsab biss erba’ rebħiet ‘il bogħod mir-rekord tan-nisa, stabbilit mill-Amerikana Lindsey Vonn li iżda m’għadhiex tikkompeti.
Wara r-raba’ rebħa tagħha tal-istaġun, Shiffrin ikkummentat li tħoss li għadha b’saħħitha biex tkompli tirbaħ fl-istess kompetizzjoni.
Rebbieħa ta’ żewġ midalji tad-deheb fl-Olimpijadi, din il-ġimgħa tikkompeti f’ żewġ tiġrijiet oħra f’Semmering, bit-tama li twettaq tmien rebħiet fit-Tazza tad-Dinja lejn rekord ġenerali stabbilit minn Ingemar Stenmark tal-Iżvezja.
Ir-rebħiet preċedenti f’dan l-istaġun ġew f’dixxiplini differenti, fis-slalom f’Levi u fis-super-slalom f’St Moritz.
Mikhaela Shiffrin rebbieħa erba’ darbiet tal-globu tal-kristall, għall-aħjar skier ġenerali matul staġun tat-Tazza tad-Dinja, tinsab fl-ewwel post fil-klassifika attwali tan-nisa b’205 punt.
//= $special ?>