Lokali

Raġel jispiċċa l-isptar wara argument f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 26 sena mic-Chad residenti l-Gudja spiċċa l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’argument ma’ mara Maltija ta’ 24 sena residenti Ħaż Żebbuġ.

L-argument seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm fi Triq l-Iljun f’Ħal Qormi hekk kif il-Pulizija marret immedjetament fuq il-post.

Waqt dan l-argument ir-raġel sofra xi ġrieħi u għalhekk ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.