“Jinsab ma jiflaħx. Għandu bżonn ħafna talb”.
Hekk stqarr il-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, fejn appella lin-nies preżenti fil-Vatikan sabiex jitolbu għal saħħet il-Papa Benedittu XVI.
Il-Papa Benedittu kien żar Malta f’April tal-2010, u llum għandu 95 sena.
Fl-2013 hu kien warrab mit-tmexxija tal-Knisja Kattolika propju minħabba l-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu. U sar l-ewwel Papa f’600 sena li irriżenja mit-tmexxija.
Minn dak iż-żmien, hu baqa’ jgħix fil-Vatikan.
Intant, din kienet l-aħħar Udejnza Ġenerali tal-Papa Franġisku għal din is-sena.
Il-Papa intlaqa’ b’aplawsi kbar fl-Awla Pawlu VI, u deher jieħu postu miexi b’pass kajman, bl-użu ta’ bastun. Għax fil-verita, anke dwar is-saħħa tal-Papa preżenti hemm ħafna tħassib, tant li f’ħinijiet – meta l-Erbgħa indirizza lill-fidili – instema’ ibati biex iġib in-nifs.
//= $special ?>