Lokali

Adrian u Cynthia jiċċelebraw it-twelid ta’ binhom Gabriel

Jum speċjali għal Cynthia Galea u d-deputat Adrian Delia hekk kif illejla ċċelebraw il-wasla tat-tifel tagħhom, Gabriel.

It-twelid tat-tifel tħabbar minn Adrian Delia innifsu f’messaġġ emozzjonanti fuq il-media soċjali.

Fil-messaġġ, Delia jfaħħar il-qlubija tal-partner tiegħu Cynthia illi damet ħames sigħat biex welldet it-tifel. “M’għandix kliem, għandi biss dmugħ ta’ ferħ”, stqarr id-deputat Nazzjonalista.