Il-film ġdid Avatar: The Way Of Water – li hu s-sequel għall-film Avatar li kien ħareġ fl-2009 – iġġenera ‘il fuq minn 840 miljun ewro bħala dħul mill-box office waqt l-ewwel 14-il jum mindu ħareġ għall-wiri fis-swali taċ-ċinema.
Fil-fatt, dan il-film – li kien ilu mistenni għal snin – qed jintgħoġob ħafna mill-udjenzi, bl-aħħar ċifri juru li l-produzzjoni hi l-aktar li ġġenerat flus għall-ewwel ħmistax-il jum mid-data tar-‘release’ fost il-films kollha li ħarġu din is-sena.
Id-dħul tiegħu, s’issa, hu ekwivalenti għal biljun dollaru Amerikan, bis-sequel ta’ Avatar, issa, hu konfermat bħala wieħed minn tliet produzzjonijiet biss li daħħlu biljun dollaru għal din is-sena, biż-żewġ films l-oħra jkunu Top Gun: Maverick u Jurassic World Dominion.
Il-film Avatar tal-2009 kien l-aktar produzzjoni għaċ-ċinema li qatt iġġenera flus għal kull żmien u meta d-dħul mill-box kien qabeż it-$2.97 biljun dollaru Amerikan.
//= $special ?>
