Line Honours għal Andoo Comanche u l-iskipper John Winning li kien l-ewwel maxi yacht li daħal fil-port ta’ Hobart. Kienet ir-raba’ darba li dan il-maxi yacht ta’ 100 pied kiseb il-line hounours f’waħda mill-aktar regatti ta’ prestiġju fid-dinja. Andoo Comanche iżda naqas milli jikser ir-record tal-korsa fejn temm ir-rotta ta’ 628 mil nawtiku f’35 siegħa 56 minuta u 40 sekonda.
Ir-record miksub fl-2017 iżda bi skipper differenti kien ta’ 33 siegħa 15-il minuta u 24 sekonda.
Andoo Comanche daħal b’distakk vantaġġ ta’ 20 minuta minn Law Connect.
Ir-rebbieħ tas-sena li għaddiet Black Jack daħal fit-tielet post qabel Wild Oats.
//= $special ?>