It-tennista Serb Novak Djokovic qal li d-deportazzjoni tiegħu mill-Awstralja s-sena li għaddiet se jibqa’ jiftakara tul ħajtu kollha.
Ftit jiem qabel ma beda l-Open tal-Awstralja tas-sena li għaddiet, Novak Djokovic kien intbagħat lura d-dar wara li rrifjuta li jieħu l-vaċċin kontra l-COVID-19. Djokovic irnexxielu jdawwar sentenza ta’ tliet snin sospenjsoni mill-Open tal-Awstralja u se jkun qed jieħu sehem fit-tournament li se jibda fis-16 ta’ Jannar.
//= $special ?>