Lokali

“Il-fatti: Gvern li jkompli jaħbi” – PN

Minkejja l-kliem sabiħ u l-pożi, il-Gvern ta’ Robert Abela qed jibqa’ jaħbi kemm verament hemm mediċini out of stock.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għas-Saħħa, Stephen Spiteri, il-Kelliema għall-Ġlieda kontra d-Dijabete, għal-Libertajiet Ċivili u d-Djalogu Soċjali, Claudette Buttigieg, u l- Kelliem għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali, Ian Vassallo, f’isem il-PN, qalu li wara li l-aħħar li ppubblika din il-lista kien aktar minn xahar u nofs ilu, qed ikompli joħroġ fil-beraħ kif taħt Robert Abela dejjem kien hemm mediċini out of stock.

Huma komplew li Robert Abela jrid jieqaf jaħbi l-verità u jaħdem biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.