Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt tal-ikona tal-futbol, Pelè. Hu miet fl-età ta’ 82 sena.
Huwa kien ilu għal dawn l-aħħar xhur jiġġieled kontra l-kanċer tant li qatta’ l-festi tal-Milied imdawwar bil-qraba tiegħu fi sptar.
Pelè kien ilu l-isptar sa mill-bidu ta’ Diċembru, madankollu huwa beda t-trattament tiegħu għall-kanċer f’Settembru tal-2021, fejn dakinhar kellu l-ewwel operazzjoni tiegħu hekk kif kellu jitneħħa tumur mill-kolon.
Pelè huwa magħruf bħala wieħed mill-aħjar plejers tal-futbol ta’ kull żmien u huwa wkoll l-aqwa skorer tat-tim nazzjonali Brażiljan b’77 gowl minn 92 partita. Hu għen lil pajjiżu jirbħu tlett Tazzi tad-Dinja, li waslu fl-1958, 1962 u 1970.
Pelè kellu karriera ta’ 20 sena fil-futbol u saħansitra għandu ismu mnaqqax f’Guinness World Record għall-iktar gowls skorjati fl-istorja tal-futbol, inkluż logħob ta’ ħbiberija. Fil-fatt, Pelè skorja 1,279 gowl f’1,363 logħba.
//= $special ?>