Wara li l-media Laburista rrappurtat bi prominenza l-investiment li sar fl-impjant li qed jopera f’Ħal Far, din l-istorja qajmet rabja kbira. Dan għaliex f’baraxx ta’ kummenti fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ One News in-nies esprimew ir-rabja u ddispjaċir tagħhom għaliex minflok ma ħassew il-polz tan-nies tal-Labour għażlu li jiftaħru b’dan il-proġett.
Fil-kummenti tagħhom, in-nies qalu li minħabba r-riħa insopportabbli ta’ ħut li skont ir-residenti ta’ Birżebbuga qed tiġi ġġenerata mill-impjant tar-riċiklaġġ tat-tonn, il-ħajja tagħhom ta’ kuljum qed tiġi affetwata direttament – u għalhekk rapurataġġ bħal dan huwa qarrieqi għax ma jsemmix il-verżjoni tar-residenti.
“Qed tgħadduna biż-żmien”
“Ara tiġux tħabbtu il-bieb 4 snin oħra! Ipokriti kollha kemm inthom”
“Jaħsbuna ġaħan noqgħodu għal kollox – Il-flus saru aktar importanti mis-saħħa f’dan il-pajjiż. Ieqfu tgħaddunix aktar biż-żmien”
“L-anqas tieqa ma tista tiftaħ f’darek stess. Spiccajna f’ħabs minn mindu bdiet topera din il-fabbrika.”
“L-aqwa li nħaxxnu l-bwiet tal-pampaluni”
Oħrajn spjegaw kif issa li għaddiet l-elezzjoni ġenerali ir-residenti ta’ Birzebbuga intesew .. filwaqt li bosta spjegaw kif dan l-investiment sar bla pjan … għad-detriment tar-residenti ta’ Birzebbuża, u ta’ dawk li jaħdmu fil-madwar.
U l-kummenti ma naqsux, b’uħud jiktbu hekk:
“Għandkom biex tiftaħru tal-One iġġibu aħbar bħal din!”
“Investiment bla ppjanar.”
“Lanqas tisthu”
“Irrangajtuhom lir-residenti ta’ Birzebbuga.”
“Dan l-impjant nitten il-post u dardar lil min jgħix jew jaħdem fil-viċinanzi”
Fil-kummenti tagħhom, in-nies saħqu li tal-Labour ma rnexxilhomx jgħadduhom biż-żmien, għax ir-realtà kulħadd jafha.
“Kif ma tistħux”
“In-nies ta’ Birzebbuga smajtuhom?”
“Prosit x’investiment dak. Nittintu raħal u l-madwar. Ara tigux titkarbu għal voti.”
F’konferenża tal-aħbarijiet li saret l-Erbgħa wara nofsinhar, Net News saqsa lill-Kap Eżekuttiv ta’ Acquaculture Resources Ltd Charlon Gouder x’iwieġeb għal dawn lilmenti kontinwi tan-nies. Iżda hu insista li l-impjant mhux jarmi irwejjaħ ta’ ħut.
Intant, il-kummenti tan-nies komplew jiżdiedu danke fuq il-post li ittelgħet mill-gazzetta Illum, fejn diversi nies inidirizzaw lil Charlon Gouder u tennew li huma m’humiex boloh.
//= $special ?>