Futbol Sport

It-tim tan-nisa ta’ Manchester United se jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra Birkirkara f’pajjiżna

Fil-bidu tas-sena l-ġdida, l-iskwadra tan-nisa ta’ Birkirkara se jkollha appuntament ieħor importanti, din id-darba kontra l-iskwadra tan-nisa ta’ Manchester United.

Din il-logħba hi parti minn kamp ta’ taħriġ organizzat mill-iskwadra Ingliża f’pajjiżna, f’perjodu ta’ waqfa mill-kampjonat. Wara li jirritornaw fir-Renju Unit, Manchester United ikun imisshom konfront importanti kontra Liverpool.

L-attendenza għal din il-logħba se tkun bla ħlas, iżda dawk li jixtiequ jattendu jridu jirreġistraw l-interess tagħhom fuq is-sit elettroniku https://bit.ly/bookmatchtickets