Futbol Sport

Jurgen Degabriele rebbieħ tal-Plejer tax-Xahar għal Novembru

L-attakkant internazzjonali Malti u ta’ Hibernians Jurgen Degabriele rebaħ l-unur ta’ Plejer tax-Xahar għal Novembru.

Matul dak ix-xahar, il-plejer ta’ 26 sena kien protagonist bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, meta skurja wieħed miż-żewġ gowls ta’ Malta f’logħba ta’ ħbiberija kontra l-Greċja.

F’Novembru, Degabriele ta wkoll l-assist fil-gowl ta’ Yunusa Muritala kontra Pietá Hotspurs li ntemmet f’rebħa ta’ 2-1 għall-klabb ta’ Raħal Ġdid, kif ukoll beda l-azzjoni li permezz tagħha Kurt Shaw skurja l-gowl tad-draw kontra Birkirkara.

Dan hu l-ħames unur ta’ Plejer tax-Xahar li rebaħ Jurgen Degabriele matul il-karriera tiegħu. Din id-darba, hu għażel lid-Dar Tal-Providenza Siġġiewi biex tibbenefika minn donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.