Sport

Meta Pelè kien jikteb għall-ġurnal ‘In-Nazzjon’

Forsi ftit huma dawk illi jafu li għat-Tazza tad-Dinja tal-1990 li kienet saret fl-Italja, Pelè kellu kolonna regolari kuljum fil-ġurnal ‘In-Nazzjon Tagħna’ b’analiżi dwar it-Tazza tad-Dinja.

Dawn il-kuntatti kienu saru mill-ġurnalist tagħna Charles Camenzuli (ritratt isfel).

Ir-rabta ta’ Pelè ma’ Malta tmur lura għas-snin Sebgħin. Fil-fatt, ħafna żgur jiftakru ż-żjara li kien għamel fl-14 ta’ April tal-1975 fejn kien mexxa sessjoni ta’ taħriġ għal plejers żgħażagħ miċ-Ċentru Sport Edukattiv immexxija minn Fr. Hilary Tagliaferro.

Pele’ kellu karriera mill-aqwa li matulha skorja xejn anqas minn 1,281 gowl f’1,363 partita u xejn anqas minn 77 gowl għat-tim Nazzjonali tal-Brażil fi 92 partita. Hu kien iddebutta ma’ Santos meta kien għad għandu 17 il-sena, u f’karriera ta’ kważi 20 sena skorja record ta’ 643 gowl.

Hu għadu l-uniku plejer fl-istorja tal-futbol li rebaħ tlett edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.