Irpin, il-belt Ukrena li rat ġlied qalil aktar kmieni din is-sena, tellgħet diversi billboards biex tirringrazzja lill-mexxejja prominenti madwar id-dinja li appoġġjaw lill-Ukrajna f’dan iż-żmien ta’ terrur għall-pajjiż. Fosthom hemm billboard tal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola.
Fi Tweet fuq il-pjattaforma Twitter, Roberta Metsola stqarret li emozzjonat ruħha x’ħin rat il-billboard imtella’ f’Irpin – belt li għaddiet minn terrur u li n-nies tagħha ispiraw lid-dinja.
Filwaqt li rringrazjat lill-belt ta’ Irpin, Metsola wegħdet li l-Parlament Ewropew mhux se jitlaqhom waħedhom. Hija saħqet li mhux se jieqfu jiġġieldu għall-ġustizzja u r-responsabbilta’ għal dak li ġarrbu taħt l-okkupazzjoni Russa.
Il-billboard jgħid: “Id-dinja ta’ nies kuraġġużi. #GrazziTasSapport”
//= $special ?>