Lokali

Tisfronda parti mit-Triq tas-Sejba fl-Imqabba – l-istess triq li tlestiet fl-2021

It-triq principali li mis-Siggiewi twassal lejn l-Imqabba – Triq Tas-Sejba – kellha tinghalaq wara li parti minn din it-triq sfrondat.

Filfatt, fi stqarrija, Infrastructure Malta ma qalitx ir-raġuni li waslet biex sfrundat din it-triq, iżda ħabret biss li se jitwettaq intervent b’mod urġenti f’parti mit-triq Tas-Sejba; minn kantuniera ma’ Triq il-Paroċċa sal-kantuniera ma’ Triq il-Madonna tal-Ġilju, fl-Imqabba.

Meta Net News tkellem ma’ uffiċjali ta’ Infrastructure Malta, dawn qalulna li x-xogħolijiet għandhom minn tal-inqas xahrejn għaddejijn … għaliex it-triq trid terġa’ tinbena mill-qiegħ.

Ritratt: Martin Agius

Intant Net News tkellem ma’ diversi residenti fl-Imqabba li jinsabu urtati u rrabjati ferm minħabba li f’Lulju tas-sena 2021, id-deputat tal-Partit Laburista Omar Farrugia, li dak iż-żmien kien għadu sindku tal-Imqabba … kien ftaħħar bil-kbir bix-xogħlijiet li saru f’din it-triq. Saħansittra kien hemm min qalilna li hija għarukaża dan ix-xoghol sar nofs leħja, u fl-istess ħin hija sitwazzjoni inkwetanti li ġġib magħha ħafna periklu.

Filfatt f’post imtella’ fuq il-media soċjali ta’ Omar Farrugia stess fis-17 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet, Farrugia bkien qaghad jiftahar għaliex sa fl-aħħar, it-triq tas-Sejba ingħatat wiċċ ġdid … l-istess triq li sena wara parti minnha sfrondat mingħajr ebda raġuni.

F’kummenti lit-Times, il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Ivan Falzon saħaq li diversi residenti innutaw ċaqliq fit-triq fl-aħħar jiem; għalhekk it-triq ingħalqet sabiex isir l-assessjar urġenti kif inhu meħtieġ.

Ritratt: Martin Agius