F’jum il-Milied, l-Isqof t’Għawdex Anton Teuma wassal kliem ta’ tama u kuraġġ, fejn insista li Alla qatt mhu se jħallina.
Monsinjur Teuma fakkar kif ħafna nies f’dawn iż-żminijiet ikunu għaddejin minn ċertu diffikultajiet, u kif dawn il-persuni m’għandhomx moħħ il-Milied. Dan filwaqt illi oħrajn jaħsbu li l-Milied huwa għat-tfal biss.
Iżda l-Isqof t’Għawdex jinsisti li l-Milied ġie propju għal dawk kollha li għaddejjin minn diffikultajiet, filwaqt illi jinsisti li l-Kelma t’Alla qedgha hemm biex tgħin lil persuni li għaddejjin min problemi. Hu insista illi bħalma għandna bżonn ngħixu dawn id-diffikultajiet, għalhekk ukoll għandna bżonn il-Milied.
L-Isqof stqarr li l-Milied iġib miegħu aħbar ta’ ferħ; mħux minħabba l-parties u ċ-ċelebrazzjonijiet biss, iżda minħabba li l-Mulej idawwal id-dlam f’qlub in-nies.
Hu fakkar li Alla hu dak li jista kollox, hu dak li jżommna ħajjin, hu dak li ħoloq id-dinja, u li jidħol fl-istorja tagħna b’mod tant sempliċi u delikat; tarbija Iben Alla.
L-Isqof fakkar ukoll li Alla joħdilna l-mard u l-problemi tagħna, joħdilna wkoll il-problemi tal-inġustizzja li naffacjaw, jieħu fuqu wkoll l-esperjenza li tant tbeżżagħna – l-mewt, li anke hu għadda minna bil-mewt t’ommu, ta’ missieru, kif ukoll tiegħu stess. Alla hu preżenti f’kull tbatija u dgħufija li ngħaddu minnhom bħala umani. Alla ma jiddejjaqx ikun hemm magħna biex jidħol fl-istorja ta’ kull wieħed u waħda minna, stqarr Monsinjur Teuma.
//= $special ?>