Internazzjonali

Imut l-attur Bob Penny

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-attur internazzjonali, Bob Penny fl-età ta’ 87 sena. Huwa miet fil-jum tal-Milied.

Penny jibqa’ magħruf għax-xogħol impekkabli li wettaq fil-films Forrest Gump u Sweet Home Alabama.

L-attur huwa meqjus minn dawk kollha li ħadmu miegħu bħala attur mill-aqwa iżda ħabib mill-aqwa.