Internazzjonali Lokali

“L-istil ta’ Pelè ta ħajja ġdida lill-football modern” – Charles Camenzuli

Il-ġurnalist sportiv Charles Camenzuli kellu biss 18-il sena meta kellu l-privileġġ li jintervista lil-leġġenda tal-football internazzjonali Pelè. F’intervista ma’ In-Nazzjon, Charles stqarr li l-istil ta’ Pelè ta ħajja ġdida differenti lill-football modern għax kellu dik ix-xi ħaġa differenti li players oħra ma kellhomx.

“Pele jibqa’ dejjem Pele saħansitra nafuh ukoll bħal protaginista f’film Escape to Victory imbagħad ukoll ta għall-politika fejn għal tliet snin kien serva bħala l-Minstru tal-isport fil-Brazil. Għall-ġenerazzjonijiet differenti anke l-istli ta’ Pele ta ħajja ġdida differenti lill-football modern fejn kellu dik ix-xi ħaġa li players oħra ma kellhomx.”

Charles Camenzuli jirrakkonta kif min din l-intervista ma’ Pelè fl-1975, nibtet relazzjoni miegħu li damet għal bosta snin. Jistqarr li minn dakinhar nibtet relazzjoni ma’ Pelè permezz tal-kowċ tiegħu, hekk kif wara li saret l-intervista mal-ġurnalisti, qallu biex jagħtih l-indirizz tiegħu. Daqs tliet ġimgħat wara bgħatlu nota li Pelè kien apprezza li għamilu l-intervista u bagħatlu flokk iffirmat minnu stess.

“F’kolezzjoni li għandi f’50 sena naħseb huwa l-aktar souvenir ta’ preġju.”

Interessanti l-fatt li Għat-Tazza tad-Dinja tal-1990 li kienet saret fl-Italja, Pele’ kellu kolonna regolari fil-ġurnal ‘In-Nazzjon Tagħna’ b’analiżi dwar it-Tazza tad-Dinja.

“Fil-bidu tas-sena 1990, l-istess, b’rabta ma’ dawk ta’ madwar Pelè sirt naf lill-aġent tiegħu, meta waqt diskursata qalli li Peleè jagħti kontribuzzjoni wkoll lill-media internazzjonali. Għalhekk għall-perjodu tat-tazza tad-dinja tal-1990 meta kienet saret fl-Italja, ġurnata iva u ġurnata le, kien jibgħat l-analiżi tal-partiti… u li jkollok analiżi minn Pelè huwa ‘the maximum’ li jista’ jkollok.”

Charles Camenzuli flimkien ma’ Pelè