Min-nofs Settembru ‘il hawn, fir-Renju Unit, mietu talanqas 30 tifel u tifla mill-infezzjoni batterjoloġika magħrufa bħala Strep A. U l-Aġenzija tas-Saħħħa Britannika qed tgħid li s-Strep A kienet il-kaġun (s’issa) ta’ 122 mewta fl-Ingilterra – b’25 vittma jkunu taħt it-18-il sena.
Intant, tlett itfal oħra mietu mill-effetti tal-infezzjoni f’Wales u fl-Irlanda ta’ Fuq, Dan waqt li kelliema għad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fl-iskozja wkoll ikkonfermaw l-imwiet ta’ żewġt itfal bis-Strep A, li kapaċi tixpruna diversi tipi ta’ mard bħad-deni rqiq u kumplikazzjonijiet fil-griżmejn.
L-Aġenzija tas-Saħħa Britannika, fil-fatt, ikkonfermat li qed tara żieda mhux tas-soltu fil-każi tad-deni rqiq flimkien ma’ qabża f’infezzjonijiet oħrajn u b’rata ogħla milli s-soltu huma reġistrati għal dan iż-żmien tas-sena.
Mindu naqsu r-restrizzjonijiet għall-Covid-19, żdiedu l-opportunitajiet biex jinfirxu dawn it-tipi ta’ infezzjonijiet minħabba li l-folol fil-pubbliku reġgħu saru n-normalità u bit-taħlit tan-nies qed ikompli.
//= $special ?>

