Sport Sport Ieħor

Skiing: Odermatt jirbaħ is-Super G f’Bormio

F’Bormio tkompliet it-Tazza tad-Dinja fejn l-Iżvizzeru Marco Odermatt għal ħames darba dan l-istaġun rebaħ is-Super G fil-korsa ta’ Bormio.

Odermatt għamel id-distanza f’minuta 29.27 sekondi b’distakk ta’ kważi sekonda fuq Vincent Kriechmayer tal-Awstrija b’minuta 29.91 sekondi u Loik Meillard tal-Iżvizzera b’minuta 30.49 sekondi.

F’din it-Tazza tad-Dinja kienet it-tieni rebħa Super G għal Odermatt li b’total ta’ 946 punt saħħaħ postu fl-ewwel post fil-klassifika fil-konfront tan-Norvegiż Aleksander Aamodt Kilde b’617-il punt u Vincent Kriechmayer tal-Awstrija b’432 punt.

Fil-kategorija tan-nisa dominju minn Mikaela Shiffrin b’total ta’ 775 punt kontra l-470 punt ta’ Sofia Goggia tal-Italja u Petra Vlhova tas-Slovakkja b’ 456 punt.