Lokali

Tweġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur fl-Imsida

Mara ta’ 32 sena mill-Latvja residenti Tal-Pietà qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident l-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30pm hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Rue D’Argens, l-Imsida.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn mara ta’ 32 sena mill-Latvja residenti Tal-Pietà u Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 69 sena residenti l-Imsida.

Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post filwaqt li ambulanza ħadet ix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.