Fl-1 ta’ Jannar id-Dar tal-Providenza se tkun qed tagħmel l-maratona ġbir ta’ fondi annwali bl-isem ta’ Festa ta’ Ġenerożità.
Matul din il-maratona ser ikunu qed jinġabru fondi sabiex ir-residenti tad-Dar ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar… ħidma ma taqta’ xejn li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 57 sena.
Matul ix-xahar ta’ Diċembru saru diversi attivitajiet b’rabta mal-maratona, bil-qofol tagħhom se jkunu qed jintlaħqu għada.
NET News tkellem mad-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef fejn spjega l-għan wara din il-maratona.
Il-Festa ta’ Ġenerożità se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni – fosthom NET Television – il-Ħadd bejn nofsinhar u nofsillejl.