Sport Sport Ieħor

Cameron Norrie jegħleb lil Rafael Nadal

Fil-United Cup li qed tintlagħab bi tħejjija għall-Open tal-Awstralja, Cameron Norrie għeleb lil Rafael Nadal 3-6 6-3 6-4 biex b’hekk issa l-Gran Brittanja tinsab 2-0 fil-vantaġġ fuq Spanja fil-fażi tal-gruppi.

Din kienet l-ewwel darba għal Norrie li rebaħ kontra Nadal, bit-tennista Brittaniku jitlef l-aħħar erba’ konfronti kontra Nadal. Norrie qal li huwa ta’ sodisfazzjoni għalih lil għeleb lir-rebbieħ ta’ 22 Grand Slam hekk kif fil-konfronti preċidenti Nadal dejjem rebaħ b’mod faċli.