Matul ix-xahar ta’ Jannar, l-Arċisqof Charles J Scicluna se jkompli jiċċelebra l-quddies ta’ matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30 a.m., mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Kull nhar ta’ Ħadd fid-9:30 a.m., tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
F’dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-knejjes: Il-Ħadd 1 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità tal-Imqaddsa Omm Alla mill-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103.
Is-Sibt 7 ta’ Jannar, fis-5:45 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2022 fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ħadd 8 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Epifanija mill-Konkatidral ta’ Ġwann, il-Belt Valletta, li matulha se jippreżenta n-Nunzju Appostoliku l-ġdid Mons. Arċisqof Savio Hon Tai-Fai. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103.
It-Tlieta 10 ta’ Jannar, fil-5:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra t-talb tal-għasar flimkien mas-Sorijiet Klarissi, fil-Monasteru ta’ Santa Klara, il-Kappara.
Is-Sibt 14 ta’ Jannar, fis-5:45 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu fl-2023 fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ħadd 15 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd mill-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja, Tal-Ibraġ u wara jiltaqa’ mal-parruċċani. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103.
Il-Ħamis 19 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa bis-sehem tas-sorijiet Ġerosolmitani tal-klawsura fil-Monasteru ta’ Sant’Ursula, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
Il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar, fis-6:30 p.m., Mons. Arċisqof jieħu sehem fis-servizz ekumumiku djoċesan fil-Knisja ta’ San Nikola tal-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli, il-Belt Valletta.
Is-Sibt 21 ta’ Jannar, fil-5:15 p.m., Mons. Arċisqof imexxi traslazzjoni u l-ewwel għasar, u fis-6:00 p.m. jiċċelebra quddiesa lejlet il-festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina.
Il-Ħadd 22 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103.
Il-Ħamis 26 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mid-dar tal-anzjani Casa San Paolo, il-Qawra. Din tixxandar fuq TVM.
Il-Ħadd 29 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd mill-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke, li fiha jagħti l-ministeru tal-lettorat lis-seminarista Matthew Sammut. Wara l-Arċisqof jiltaqa’ mal-parruċċani. Din tixxandar fuq knisja.mt, Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103.
//= $special ?>