L-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna indirizza lil poplu Malti u Għawdxi wara l-aħbar tal-mewt tal-Papa Benedittu XVI. Sellem il-memorja tal-Papa Emeritu kif ukoll fakkarna żewġ avvenimenti importanti għal pajjiżna, meta fl-2007 il-Papa Benedittu XVI ikanonizza lil Ġorġ Preca u qal bil-Malti, “San Ġorġ Preca itlob għalina”, kif ukoll meta ġie Malta f-2010.
Illum f’nofsinhar, il-knejjes kollha f’Malta se daqqu l-qniepen b’tislima lill-Papa Benedittu XVI. Il-mota solenni se tindaqq ukoll dakinhar tal-funeral tal-Papa. Dan se jsir b’tislima u ringazzjament għas-servizz li l-Papa Emeritu Benedittu XVI ta lil Kristu, lill-Knisja Kattolika, u lill-umanità kollha.