Il-qawwiet tar-Russja komplew bil-bumbardamenti fuq Kiev u bliet Ukreni oħra anki fl-aħħar sigħat tas-sena,. Dan meta l-missili laqtu numru ta’ djar kif ukoll lukanda, fost rapporti mhumiex ikkonfermati ta’ diversi mejtin u midruba.
Is-Sindku ta’ Kiev. Vitaly Klischko, ikkonferma li seħħew xi splużjonijiet fiċ-ċentru tal-kapitali u wara li r-Russja, jumejn ilu, kienet wettqet waħda mill-akbar offensivi għal xhur fuq il-kapitali Ukrena.
U l-President Ukren, Volodymyr Zelensky, fl-aħħar sigħat, wissa li r-Russja kellha twettaq jerġa’ aktar attakki ‘bil-ħsieb li tħalli lill-Ukreni mingħajr dawl anki fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida’.
Dan meta r-Russi ilhom il-ġimgħat jisparaw il-missili lejn il-power stations u faċilitajiet oħra li qed jiġġeneraw l-enerġija għall-Ukreni — u bir-riżultat li l-poplu Ukren qed ibati sew min-nuqqas tal-mezzi għas-sħana waqt ix-xitwa kiefra f’dan ir-reġjun.
Iżda hu minnu li l-Ukreni qed jibgħatu xorta l-messaġġi ta’ sfida fuq il-media soċjali fejn enfasizzaw li r-Russi mhumiex se jħassrulhom iċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida. Fil-fatt, il-messaġġi qegħdin isostnu l-impenn għar-reżistenza ta’ poplu kontra l-aggressuri tiegħu.
Intant, ir-residenti fi Kiev u bliet oħra jinsabu fuq allert sħiħ għal aktar attakki mir-Russi u meta s-sistemi tad-difiża għal kontra l-attakki mill-ajru huma kollha ‘attivati’ madwar l-Ukrajna.
//= $special ?>

