Minn tal-anqas 15-il persuna mietu f’inċident stradali fil-Messiku meta l-karozza tal-linja li kienu qed jivvjaġġaw fuqha għal xi raġuni tilfet il-kontroll, ħarġet mit-triq u spiċċat inqalbet f’foss.
Dan l-inċident seħħ fl-istat tal-punent ta’ Nayarit. Fi stqarrija uffiċjali, l ministeru tas-sigurtà qal li l-inċident ħalla 15-il persuna mejta, inkluż żewġ minorenni, filwaqt li tnax midruba.
Il-vittmi huma turisti mill-istat ċentrali ta’ Guanajuato li kienu qed jirritornaw lejn Leon, l-akbar belt tal-istat, wara vaganza. Skont il-midja lokali, il-karozza tal-linja kienet qed iġorr 48 passiġġier.
//= $special ?>