Fid-dawl tal-lista dejjem tiżdied ta’ mediċini out of stock u t-tħassib tal-Maltin u l-Għawdxin, li diġà qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi kbar kawża ta’ deċiżjonijiet żbaljati tal-Gvern ta’ Robert Abela, il-Partit Nazzjonalista talab laqgħa urġenti tal-Kumitat tas-Saħħa ghat-Tnejn li ġej, 2 ta’ Jannar.
Minflok ma jara li l-Maltin u l-Għawdxin kollha jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, Robert Abela jrid iħalli lil kulħadd fl-għama.
Dan ħareġ fi starrija mid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Stephen Spiteri , Claudette Buttigieg u Ian Vassallo.
//= $special ?>