Internazzjonali

Ix-xogħol ta’ Papa Benedittu XVI tul is-snin

Ratzinger dejjem wera potenzjal kbir għat-tmexxija tal-Vatikan, u fil-fatt, kien fid-19 t’April tal-2005 meta hu beda jmexxi b’mod uffiċjali bħala il-265 Papa. Il-pożizzjoni għal Papa ma kinitx ta’ sorpriża dak iż-żmien fid-dawl ta’ servizz twill għall-Papa Ġwanni Pawlu II.

Ratzinger kien qal li ma xtaqtx din il-pożizzjoni tant li kien jitlob biex ma jintgħażilx, iżda meta saret l-elezzjoni għal Papa ġdid, hu aċċetta l-pożizzjoni fl-età ta’ 78 sena.

L-isem il-ġdid tiegħu ntagħżel minnu stess hekk kif xtaq li ismu jfakkar lil San Benedittu tan-Nursa. Il-mument li sar Papa, hu kien iddikjara li l-mira ewlenija tiegħu f’dan l-irwol se tkun li jagħti ħajja ġdida lill-Knisja Kattolika fl-Ewropa.

F’dan l-irwol huwa dam għal kważi tmien snin meta fit-28 ta’ Frar tal-2013, huwa ħabbar ir-riżenja tiegħu.

Rapport li ħareġ din is-sena mill-Arċidjoċesana fi Munich akkuża lill-Papa Emeritu li ma mexiex bl-aħjar mod f’mill-inqas erba’ każi ta’ abbuż sesswal minn qassisin meta hu kien Arċisqof hemmhekk.