Futbol Sport

“Jekk ikun hemm bżonn nirriżenja” – Pep Guardiola

Il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola qal li jekk ikun hemm bżonn lest li jirriżenja minkejja li ġedded il-kuntratt tiegħu sal-2025 x-xahar li għadda. Guardiola ikun ilu 9 snin bħala kowċ ta’ Manchester City jekk jibqa’ magħhom sal-2025.

Hu kompla jgħid li m’għandux ħsieb li jibqa’ ma’ Manchester City għall-istess żmien li Sir Alex Ferguson u Arsene Wenger għamlu ma’ Manchester United u Arsenal rispettivament. Guardiola qal li l-kuntratt huwa biss karta u żied jgħid li jekk jara li l-affarijiet mhux sejrin tajjeb u r-riżultat m’humiex qed jiġu lest li jirriżenja.