Iċ-ċittadini tal-Awstralja u New Zealand iċċelebraw l-ewwel tas-sena għal-ewwel darba fi tliet snin mingħajr ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19.
Kienu New Zealand l-ewwel li daħlu fis-sena l-ġdida b’folla numeruża li attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet.
Wieħed gawda minn spettaklu mill-isbaħ fiż-żona tas-Sky Tower f’Auckland. It-torri nxtel f’varjeta ta’ kuluri… liema dwal żejnu s-sema bil-logħob tan-nar, kif ukoll nxtelet il-Harbour Bridge.
Minn naħa tal-Awstraljani, eluf ta’ persuni kkampjaw minn sigħat qabel, partikolarment barra Sydney Opera House u Harbour Bridge, kif ukoll fuq diversi bajjiet, biex malli jdoqq nofs il-lejl jaraw is-serata tal-logħob tan-nar. Din ikkalkulata li ġiet tiswa mal-$5.8 miljun.