“Nittama li dawn il-jiem tal-Milied gabulkom spirtu ta’ ferh, flimkien mal-familja u ma’ dawk li tghozzu.
Lkoll f’xi mument jew iehor ftakarna f’dawk li huma morda, jew imnikktin bit-telfa ta’ xi hadd ghaziz, jew dawk li ghaddejjin minn xi diffikulta’ jew inkwiet fil-hajja.
Mill-appogg li ghal darb’ohra rceviet l-Istrina b’risq il-Community Chest Fund, kif ukoll id-Dar tal-Providenza, huwa car kemm il-poplu Malti u Ghawdxi jghix il-valur tas-solidarjeta’.
Ejjew napprezzaw u nghozzu l-hidma kbira ta’ mhabba li ssir fil-mohbi sew minn individwi kif ukoll minn ghaqdiet volontarji u mill-Knisja. Matul is-sena eluf ta’ Maltin, min b’mod u min b’iehor, tarahom jiehdu sehem f’hidma volontarja, kulturali, sportiva, fuq postijiet tax-xoghol u barra minnhom, biex jappoggjaw progetti socjali b’risq min hu fil-bzonn.
L-ispirtu kollettiv ta’ solidarjeta’ tul is-sena kollha, li jilhaq il-milja tieghu f’dawn il-jiem, jixhed il-generozita’ tal-poplu taghna. Dan il-valur ghandna nibqghu inzommuh haj, nkomplu nxettluh f’uliedna, u fil-generazzjoni zaghzugha.
Fil-bidu ta’ sena gdida, f’ismi, f’isem marti Anne Marie u f’isem il-Partit Nazzjonalista, irrid nixtieq lil kull wiehed u wahda minnkom sena shiha ta’ sahha, risq u sliem.
Dan l-awgurju l-ewwel ma jfakkarni hu fil-familji taghna, fil-genituri taghna, f’hutna u l-familja estiza. Il-familja hi l-ewwel u l-aqwa ambjent li joffri sahha, sliem u sigurta’ lil kull bniedem.
Il-familja hi s-sies ta’ socjeta’ b’sahhitha. Kien ghalhekk li l-Maltin u l-Ghawdxin irnexxielhom fl-istorja taghhom jeghlbu sfidi u diffikultajiet kbar biex jassiguraw Malta sovrana u hielsa, mibnija fuq il-valuri tal-liberta’, id-demokrazija, il-gustizzja u x-xoghol.
L-esperjenza wrietna li l-ambjent tal-familja jista’ jisseddaq kull fejn hemm relazzjonijiet mibnijin fuq l-imhabba genwina u r-rispett veru. Dmirna hu li ma nieqfu qatt nahdmu u nsostnu l-familji diversi taghna b’kull mezz possibbli.
Ma’ dawn, l-awgurju tal-ewwel tas-sena jfakkarni wkoll f’dawk kollha li jahdmu fl-oqsma tas-sahha – tobba, nurses, paramedici, spizjara; is-social workers; l-edukaturi; il-pulizija, l-armata, il-protezzjoni civili u s-servizzi korrettivi fl-oqsma tas-sigurta’.
Dawn kollha narawhom jum wara l-iehor impenjati biex nghixu fis-sahha, fir-risq u fis-sliem. Dmirna hu li mhux biss napprezzawhom u nirrispettawhom, imma wkoll li nassiguraw li jkollhom l-ahjar ghodda possibbli biex iwettqu xogholhom b’efficjenza u skont il-ligi.
L-Istat Malti li hu parti importanti mis-socjeta’ taghna, hu mistenni li jkun organizzat u jmexxi skont il-valuri minquxa fil-Kostituzzjoni taghna.
Il-Parlament, il-Qrati, il-Gvern – bid-dipartimenti, l-awtoritajiet u l-agenziji tieghu, u bl-eluf ta’ ufficjali u impjegati li dawn kollha jhaddnu – huma mahlufa li jassiguraw tmexxija effettiva, dejjem skont il-ligi, li twassal biex kull bniedem f’Malta – bla differenza ta’ xejn, hi x’inhi l-opinjoni, l-origini, is-sess, l-orjentazzjoni, il-generu tieghu – tassew jghix fis-sigurta’, fis-sahha u fis-sliem, li huma d-dmirijiet ewlenin tal-Istat lejn dawk li jservi.
Il-hajja ta’ kuljum qed turina li hemm hafna tajjeb li bnejna flimkien fil-kwalita’ tal-hajja taghna. Izda min-naha l-ohra jiddispjacina naraw, jum wara l-iehor, ezempji ta’ kemm fadal xi jsir biex il-kwalita’ tal-hajja tkun tajba ghal kulhadd u f’livelli dejjem aqwa. U rridu nibdew mill-hajja nnifisha, l-iprem valur.
L-ewwel dmir tal-Istat hu li jassigura l-hajja stess, ta’ kulhadd. L-imwiet fit-toroq taghna, l-imwiet fuq ix-xoghol, mhumiex kumbinazzjoni. Kull wahda minnhom tista’ tkun evitata. Kull wahda.
Ninkwieta ferm meta jkun hemm min igib ruhu qisu ma gara xejn. Jintalab xi rapport, jitfittex xi haruf ghas-sagrificcju, imma min hu tassew responsabbli ma jerfa’ xejn mill-piz, jibqa’ ma jinbidel xejn, u l-imwiet ikomplu u jizdiedu.
Nistaqsi lili nnifsi jekk il-valur tal-hajja sarx ukoll xi haga li xi hadd juza u jarmi skont il-bzonn tal-mument.
Ghalhekk irridu naraw li l-Istat jiddefendi u jsostni l-hajja dejjem, f’kull stadju u kundizzjoni taghha; li l-Istat tassew jirrispetta d-dinjita’ ta’ kull persuna sa mill-bidu tal-ezistenza taghha, li l-Istat ikun hemm isostni lil kull persuna f’kull cirkostanza li tista’ theddilha hajjitha, specjalment lil dawk l-aktar dghajfin, lil dawk bla lehen.
Ma nistghux nibqghu passivi, lanqas quddiem cirkostanzi li jnaqqsu l-kwalita’ tal-hajja ta’ hafna fostna. Nisimghu ta’ spiss bil-faqar dejjem jikber. Bin-numru ta’ Soup Kitchens – kcejjen tal-karita’ – jizdiedu.
Lanqas ma nistghu nibqghu passivi quddiem prezzijiet dejjem joghlew, li jolqtu lil kulhadd, imma l-iktar lil dawk bi dhul baxx, il-foqra li jittehdilhom il-ftit li ghandhom iktar ma toghla l-hajja.
L-inugwaljanzi jgibu aktar piz ghal-bosta fis-socjeta’ taghna. Kif nistghu nibqghu passivi quddiem il-livell jizdied ta’ tensjoni, ansjeta’, mard mentali, ta’ inkwiet fil-familji u bejn il-persuni?
Kif nistghu nibqghu passivi meta naraw is-setturi ewlenin tas-sahha u l-edukazzjoni ibatu huma u jitilfu programmi utli li qabel kienu mahdumin tant tajjeb bejn l-Istat u ghaqdiet volontarji fis-setturi taghhom? Irridu nemmnu tassew fil-volontarjat kollu, mhux bil-kliem sabih izda bil-fatti.
Ma nistghux nibqghu passivi meta naraw l-ambjent jitgharraq frott ta’ decizjonijiet politici mill-Gvern u minn istituzzjonijiet li xogholhom huwa li jharsuh.
Meta z-zghazagh taghna qed jghidulna ripetutament li l-futur ghalihom jarawh biss barra minn Malta, mhux f’pajjizna ifisser li mhux biss irridu nirriflettu x’qed naghmlu hazin izda nimpenjaw ruhna b’rieda shiha biex noffrulhom ghazla ta’ veru ghal futur anke f’pajjizhom stess.
Lanqas ma nistghu nibqghu passivi quddiem in-nuqqas ta’ etika u n-nuqqas ta’ serjeta’ fl-oghla livelli tal-Istat taghna. Fis-sena li ghaddiet, stajna wasalna ghal qbil biex ikollna min isus tassew fuq l-etika, ibda minna l-Membri Parlamentari. Minflok, assistejna ghal attentat mahsub precizament biex irazzan lill-stess istituzzjoni li suppost issus fuq l-etika.
Istituzzjonijiet ohrajn tal-Istat taghna hargu pataflun rapporti fuq il-hela u s-serq li qed isir ta’ flus il-poplu, imma min hu responsabbli ma jaghtix kas ta’ dawn ir-rapporti. U hadd ma jerfa’ responsabbilta’. Nistghu nibqghu passivi quddiem dan kollu? Stat modern jinhtieg ikun Stat nadif, serju, responsabbli.
Bhala partit li sawwarna Malta sovrana, moderna u Ewropea, bhala partit li jirrapprezenta minoranza kbira tal-elettorat taghna, u li rridu nirrapprezentaw ukoll lil dawk li tilfu l-fiducja fis-sistema politika taghna, huwa d-dmir taghna li nitfghu dawl fuq id-diversi sfidi li qed jaffaccja l-poplu, u li nsemmghu lehinna u niehdu azzjoni biex jinstabu s-soluzzjonijiet mehtiega ghall-gid ta’ kulhadd, ghax irridu Malta sabiha u nadifa li taghti futur liz-zghazagh taghna.
F’dinja dejjem iktar rahal wiehed, ahna l-Maltin u l-Ghawdxin irridu naghtu l-kontribut siewi taghna fl-Ewropa u fid-dinja kontra l-gwerer, il-konflitti u l-girja ghall-armamenti meta ninsabu f’xifer ta’ tragedja ohra dinjija bhal dawk li sofrew il-generazzjonijiet ta’ qabilna.
Illum ahna membri tal-Unjoni Ewropea, u Maltija bhalna hi l-President tal-Parlament Ewropew.
Fl-istess waqt, grazzi ghall-hidma ta’ Gvern Nazzjonalista fil-passat, li fuqha kompla hadem il-Gvern prezenti, fis-sena l-gdida Malta se tkun fil-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Gnus Maghquda. Hu dmirna li naghtu sehemna fl-Ewropa u fid-dinja ghall-paci.
Bizzejjed inharsu lejn il-gar taghna l-Libja, lejn il-Lvant Nofsani, il-Jemen, l-Ukraina – kollha pajjizi li ghaddejjin mill-martirju tal-gwerra u l-vjolenza ma taqta’ xejn. U kif nistghu ma niftakrux fil-mohqrija u z-zeblih li qed issofri l-mara fl-Iran u fl-Afganistan?
Dawn huma bnedmin bhalna, imcahhdin mill-aktar drittijiet fundamentali u personali li ahna tant niehdu for-granted – id-dritt ghall-edukazzjoni, id-dritt ghall-ugwaljanza shiha.
Qed nibdew sena gdida f’ambjent internazzjonali mimli konflitti, theddid u tahwid li qed jolqot mill-qrib il-provvisti tal-energija bil-konsegwenzi kollha fuq l-gholi tal-hajja u l-andament tal-ekonomiji ta’ bosta pajjizi.
Gheziez huti Maltin u Ghawdxin, kollox juri kemm hu mehtieg li nkunu kuragguzi u ghaqlin biex nibnu flimkien Malta isbah u iktar nadifa li taghti lilna u lil uliedna l-futur li jixirqilna.
Ahna xxurtjati li ghandna hafna elementi favur taghna li jaghtuna certa sahha u opportunitajiet. Min-naha l-oħra ghandna l-isfortuna li bi mgiba u tmexxija mhux xierqa qed indghajfu dak li jghaqqadna u jsahhahna.
Ghalhekk irrid nahdmu flimkien, bil-ghaqal u bil-kuragg, ghall-bidliet mehtiega li jwasslu ghal kwalita’ aqwa ta’ hajja li nghixuha fis-sahha, fir-risq u fis-sliem.
F’dawn il-granet, qed infakkru l-mitt sena mindu ndaqq u tkanta ghall-ewwel darba l-Innu Malti, li sar l-Innu Nazzjonali taghna meta ksibna s-sovranita’ fl-Indipendenza.
Jalla tul is-sena l-gdida, nahdmu tassew biex inseddqu l-valuri li jghaqqduna bhala nazzjon, biex Malta thaddan lil kulhadd bhala omm, biex inlibbsuha bl-iktar ambjent helu, biex min imexxiha jaghmel dan bid-dehen, biex il-hniena tkun il-kejl veru tal-gid, biex id-dghajjef isir hu wkoll b’sahhtu, biex inkunu tassew ilkoll Maltin indaqs u b’hekk nghixu fis-sliem.
Is-Sena t-Tajba lil kulhadd.”