Lokali

Raġel isofri minn xi ġrieħi gravi wara tir li qala’ f’wiċċu f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 57 sena residenti Raħal Ġdid qed isofri minn xi ġrieħi wara sparatura waqt argument, li seħħet f’zona qrib iċ-ċimiterju tal-Addolorata. Net News hu infurmat li r-raġel ġarrab ġrieħi f’wiċċu wara li allegatament intlaqat minn ċomb li kien sparat minn arma tan-nar.

L-argument seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu f’xi għelieqi fl-akwati ta’ Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid.

Il-vittma ngħata l-assistenza min tim mediku u aktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ftit tal-minuti wara, raġel ta’ 30 sena u ieħor ta’ 66 sena, t-tnejn residenti Raħal Ġdid, ġew arrestati fuq il-post, b’involviment fil-każ. Għaldaqstant iż-żewġt irġiel qegħdin jiġu interrogati fid-Depot tal-Pulizija.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li qegħda tmexxi l-inkjesta maġisterjali.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.