Lokali

Titjira li kellha tiġi Malta ddur lura lejn Berlin

Titjira li kienet ġejja lejn pajjiżna sofriet minn xi ħsarat waqt li din kienet nofs triq ġejja lejn Malta minn Berlin.

Jidher li l-ebda persuna ma sofriet minn xi ġrieħi iżda t-titjira daret lura lejn l-ajruport ta’ Berlin biex jassiguraw li s-sitwazzjoni tkun lura għan-normal qabel it-titjira tkompla fi triqtha. Dan hekk kif numru ta’ tajr daħal fil-magni tal-ajruplani b’riżultat li kkawżaw xi ħsarat.

It-titjira KM377 telqet mill-ajruport ta’ Berlin fis-5:53pm u kellha tinżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-ħabta tat-8:20pm. Madanakollu, ftit ħin wara t-tlugħ tagħha, il-piloti ħadu d-deċiżjoni li jduru lura kawża ta’ periklu li seta’ kien hemm abort.

Il-passiġġiera, 165 persuna u ħamest itrabi, u sitt membri tal-ekwipaġġ, tniżżlu minn fuq l-ajruplan u ttieħdu lura fl-ajruport.