Gowl fit-63 minuta ta punt lil Nottingham Forest f’darhom kontra Chelsea wara li t-tim ta’ Graham Potter sa dak il-ħin kien minn fuq b’gowl ta’ Sterling ftit wara l-kwarta logħob. Riżultat li wkoll jista’ jitqies sorpriża b’Nottingham bil-punt miksub telgħu fit-18-il post b’14-il punt u fl-istess waqt qabżu lil West Ham Utd. Għal kuntrarju Chelsea baqgħu fit-tmien post b’25 punt daqs Fulham.
Goal fis-16-il minuta skorjat minn Raheem Sterling li għeleb lil Dean Hendersen kien biżżejjed għal Chelsea biex jiftħu l-iskor u jgħalqu l-ewwel taqsima b’vantaġġ minimu.
Fit-tieni taqsima, minkejja dominju assolut minn Chelsea fit-63 minuta Nottingham Forest kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Willy Boly kien Serge Aurier li għeleb lil Kepa Arrizabalaga għal 1-1.
Tottenham Hotspur 0-2 Aston Villa
Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed għal Aston Villa biex iwettqu l-ewwel sorpriża tal-2023. Riżultat li permezz tiegħu Aston Villa kisbu it-tielet rebħa tal-istaġun fi 17-il partita biex telgħu fit-12-il post b’21 punt. Għal kuntrarju Tottenham sofrew il-ħames telfa tal-istaġun biex baqgħu fil-ħames post bi 30 punt.
Fil-50 minuta minn azzjoni ta’ Ollie Watkins kien Emiliano Buendiali għeleb lil Hugo Lloris biex poġġa lil Aston Villa fil-vantaġġ. Minkejja reazzjoni minn Tottenham kienu Aston Villa li rduppjaw fid-79 minuta. Gowl minn Douglaz Luiz li minn azzjoni ta’ John McGinn għeleb lil Loris għat-tieni darba u għalaq il-partita .


