Fid-derby klassiku ta’ Glasgow, gowl fl-aħħar żewġ minuti skorjat minn Furuhashi kien biżżejjed għal Celtic biex fl-20 ġurnata bil-punt miksub żammew id-distakk ta’ disa’ punti fuq l-istess Rangers.
Wara biss ħames minuti kien Daizen Maeda li poġġa lil Celtic fil-vantaġġ wara li għeleb lil Allan McGregor fl-uniku gowl tal-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, fis-47 minuta minn azzjoni ta’ Fashion Sakala kien Ryan Kent li għeleb lil Joe Hart għal 1-1
Sitt minuti wara, Graham Grainger saffar penalty għal Rangers b’ James Tavernier jgħeleb lil Hart għat-2-1. Reazzjoni minn Celtic li fit-88 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Kyogo Kuruhashi li għeleb lil McGregor.
//= $special ?>