Lokali

Jaqa’ minn fuq il-mutur wara li tilef il-kontroll

Raġel ta’ 40 sena residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi wara li waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.

Fil-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ta’ tim mediku fejn wara li tawh l-ewwel għajnuna, ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Hemmhekk hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.